Tuesday, November 24, 2026
Home Sport Possibbiltá ta’ baġit inqas minn £50 miljun minn Manchester United għas-suq tat-trasferimenti...

Possibbiltá ta’ baġit inqas minn £50 miljun minn Manchester United għas-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar?

0
23

Manchester United jista’ jkollhom inqas minn £50 miljun disponibbli għat-tisħiħ tal-iskwadra fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar, hekk kif il-club irid jibqa’ konformi mar-regoli finanzjarji tal-Premier League.

Skont rapporti fil-media Ingliża, il-coach Mauricio Pochettino jista’ jkollu jillimita l-akkwisti għal żewġ players, possibbilment wieħed minnhom b’self. Il-prijoritajiet ewlenin huma difensur ċentrali, difensur xellugi u attakkant.

Fost l-ismijiet marbuta mal-club hemm Nathan Collins ta’ Brentford, Alejandro Balde ta’ Barcelona u Rayan Ait-Nouri ta’ Manchester City. Għall-attakk, issemmew Folarin Balogun, Dominic Calvert-Lewin u Ivan Toney.

Madankollu, il-pagi għoljin u l-valutazzjonijiet ta’ ċerti players jistgħu jagħmlu dawn il-miri diffiċli biex jintlaħqu. 

Il-club għadu ma kkonfermax uffiċjalment iċ-ċifra tal-baġit.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here