Tuesday, November 24, 2026
Home Sport Boxing: Tyson Fury jiżvela li ġie djanjostikat bi skizofrenija

Boxing: Tyson Fury jiżvela li ġie djanjostikat bi skizofrenija

0
35

L-eks champion tad-dinja tal-heavyweight Tyson Fury żvela li ġie djanjostikat bi skizofrenija u b’disturb bipolari wara r-rebħa storika tiegħu fuq Wladimir Klitschko fl-2015.

Fid-dokumentarju l-ġdid ta’ Netflix dwar ħajtu, li se joħroġ fis-27 ta’ Novembru, il-boxer ta’ 38 sena jitkellem dwar il-problemi serji ta’ saħħa mentali li għadda minnhom, fosthom dipressjoni, anzjetà u dipendenza fuq l-alkoħol u d-droga.

Fury rrakkonta kif f’perjodu diffiċli beda jisma’ vuċijiet f’moħħu u saħansitra kellu esperjenzi tal-biża’ waqt li kien rikoverat l-isptar.

Martu Paris tkellmet ukoll dwar is-sitwazzjoni diffiċli tiegħu. Fury eventwalment fittex għajnuna professjonali u rnexxielu jerġa’ jibni ħajtu u l-karriera tiegħu fil-boxing.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here