Arsenal se jkunu mingħajr il-goalkeeper David Raya għall-konfront taċ-Champions League kontra Borussia Dortmund, wara li l-Ispanjol sofra injury fi spalltu waqt id-draw ta’ 2-2 kontra Newcastle United.
Raya kellu jinbidel fis-70 minuta wara ħabta ma’ William Osula, b’Kepa Arrizabalaga jidħol minfloku.
Il-manager Mikel Arteta kkonferma li l-injury mhijiex serja daqskemm kien maħsub inizjalment u li l-goalkeeper mhux se jkollu bżonn operazzjoni.
Kepa mistenni jibda bejn il-lasti kontra Dortmund, f’konfront importanti għall-ambizzjonijiet Ewropej tal-Gunners.
Arteta esprima t-tama li Raya jirkupra fil-ħin għall-konfront tal-Premier League kontra Manchester City nhar il-Ħadd li ġej.
L-assenza tiegħu xorta waħda hija daqqa ta’ ħarta għal Arsenal, hekk kif it-team qed jipprova jkompli jikseb riżultati pożittivi kemm fl-Ingilterra kif ukoll fl-Ewropa.





