Tuesday, November 24, 2026
Home Sport Permier League Ingliż: Rebħa konvinċenti ta’ Brentford fuq Everton

Permier League Ingliż: Rebħa konvinċenti ta’ Brentford fuq Everton

0
27

Brentford kisbu rebħa konvinċenti ta’ 4-0 fuq Everton fil-Gtech Community Stadium, f’wirja dominanti li kompliet issaħħaħ il-pożizzjoni tagħhom fil-Premier League.

Keane Lewis-Potter kien il-protagonist ewlieni meta skorja doppjetta fl-ewwel taqsima, fil-23 u fis-26 minuta, biex poġġa lit-team tiegħu fil-kontroll tal-logħba.

Everton kellhom aktar problemi fl-40 minuta meta l-captain James Tarkowski tkeċċa wara intervent perikoluż fuq Yehor Yarmolyuk, bid-deċiżjoni inizjali ta’ karta safra tinbidel għal waħda ħamra wara konsultazzjoni mal-VAR.

Fit-tieni taqsima, Brentford komplew jiddominaw u kabbru l-vantaġġ fil-67 minuta permezz ta’ xutt spettakolari ta’ Vitaly Janelt minn barra l-kaxxa.

Fabio Carvalho ssiġilla r-rebħa fir-raba’ minuta tal-ħin miżjud, meta kkonkluda minn azzjoni ta’ corner.

B’din ir-rebħa, Brentford telgħu fis-sitt post tal-klassifika, filwaqt li Everton niżlu fid-disa’ post wara serata diżappuntanti għal David Moyes.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here