Saturday, December 21, 2024

AĠĠORNAT: In-Niġerjan involut f’inċident Ħal Għargħur isofri ġrieħi gravi

Aqra wkoll

In-Niġerjan ta’ 23 sena residenti s-Swieqi li kien involut f’inċident tat-traffiku għall-ħabta tas-6:00am, iktar kmieni waranofsinhar ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. 

L-Inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

AKTAR KMIENI: Mara tindarab serjament wara ħabta fil-Għargħur

Żewġ persuni ddaħħlu l-Isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-6:00 kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq in-Naxxar fil-Għargħur.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Mercedes C220 misjuqa minn Niġerjan ta’ 23 sena residenti s-Swieqi, u Mercedes Benz SLK250 misjuqa minn mara ta’ 28 sena residenti l-Iklin. Fl-ewwel vettura kien hemm ukoll mara ta’ 24 sena residenti n-Naxxar.

Mercedes

Fil-post issejħu ambulanza u tim mediku sabiex jassistu lill-mara u n-Niġerjan sakemm dawn setgħu jittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard, il-mara ġiet iċċertifikata li weġġgħet serjament filwaqt li l-kundizzjoni tar-raġel għadha pendenti.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Elaine Mercieca ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport