Dan is-sit jinsab infurmat li għall-ħabta tas-1:30 p.m. kien hemm persuna li sofriet kundizzjoni medika viċin ta’ stabbiliment fi Triq Manwel Dimech Ħal Qormi.
Żewġ uffiċjali tar-RIU li kienu għaddejjin mill-akkwata lemħu mara li kellha l-karozza wieqfa u avviċinawha biex jagħtuha l-assistenza meta uffiċjal minnhom lemaħ raġel ta’ madwar ta’ 60 sena li deher f’diffikultà.
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2022/12/317322154_689329632585180_9153662861524716515_n.jpg)
Minnufih huma sejħu għal assistenza medika mill-Isptar Mater Dei u grazzi għall-intervent f’waqtu tagħhom ninsabu infurmati wkoll li lr-raġel irrisponda għall-assistenza u saħansitra kellimhom.
B’mod mill-aktar qalbieni kif indikat fir-ritratt, wieħed mill-uffiċjali tal-LESA baqa’ viċin ir-raġel sakemm wasal it-tim mediku u b’ħidma kollaborattiva, ir-raġel kien salvat.
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2022/12/317002752_611633830716810_9096529159443446019_n.jpg)
Fuq il-post kien hemm ukoll uffiċjali oħrajn tal-LESA li ddiriġew it-traffiku li saħansitra eskortaw lir-raġel lejn Mater Dei.