Saturday, December 21, 2024

AĠĠORNAT: Ir-raġel ittajjar minn BMW misjuqa minn ġuvni ta’ 22 sena

L-identita tar-raġel li qiegħed fil-periklu tal-mewt għadha mhix magħrufa

Aqra wkoll

Fi stqarrija l-Pulizija qalu li b’rabta mal-inċident li seħħ aktar kmieni llum, minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel li l-identità tiegħu għada mhux magħrufa, intlaqat minn vettura tal-għamla BMW misjuqa minn ġuvni ta’ 22 sena residenti Mosta.

4.59pm: AĠĠORNAT: Raġel fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar fi Triq is-Salina

Jirriżulta li r-raġel li ttajjar fi Triq is-Salina ġie ċċertifikat li qed fil-periklu tal-mewt. Kelliem għall-pulizija qal li nħatret inkjesta li qed titmexxa mill-Maġistrat Noel Bartolo.

S’issa l-identità tar-raġel għada mhix magħrufa.

04.19: Titajjar persuni minn żewġ vetturi fi Triq is-Salina… It-triq magħluqa għat-traffiku

Kien għall-ħabta tat-3.30pm meta persuna ttajret fi Triq is-Salina n-Naxxar.
Jidher li l-persuna ttajret minn żewġ vetturi u minħabba l-ġrieħi li sofriet kellha ttieħed lejn l-isptar b’emerġenza.

Il-Pulizija fuq il-paġna ta’ Facebook ħarġu avviż li din it-triq hija magħluqa għat-traffiku u għalhekk wieħed għandu jevita l-inħawi.

Sorsi qrib l-investigaturi qalu lil talk.mt li hemm indikazzjoni li kien hemm it-tieni karozza nvoluta f’dan l-inċident, iżda baqgħet sejra.

Aktar dettalji kif jaslulna.

Ekonomija

Sport