Tuesday, April 23, 2024

Għawdxi jweġġa’ gravi b’arma tan-nar fix-shooting range tan-Nadur

Aqra wkoll

Għawdxi ta’ 41 sena resident l-Għrab weġġa’ gravi b’mod aċċidentali b’arma tan-nar waqt li kien jinsab fix-shooting range li hemm fit-Trejqa Ta’ Xurdin, in-Nadur. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1.00pm.

Il-Pulizija ġiet infurmata mill-Awtoritajiet tas-Saħħa li kien idaħħal raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li sofra xi ġrieħi kkawżati minn arma tan-nar.

Ir-raġel weġġa’ b’mod aċċidentali wara li kien milqut f’saqajh minn tir ta’ arma tan-nar li kien qed juża hu stess.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn persuna li kienet preżenti sabiex ittieħed l-isptar, u aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport