Sunday, November 29, 2026
Home Sport Serie A: Roma jitilgħu fit-tieni post b’rebħa komda

Serie A: Roma jitilgħu fit-tieni post b’rebħa komda

0
61

Roma kisbu rebħa komda ta’ 4-0 kontra Monza fi Stadio Olimpico, f’partita li fiha Matias Soule spikka b’żewġ goals, hekk kif it-team ta’ Roma ddomina dan  il-konfront.

Roma fetħu l-iskor fit-12-il minuta permezz ta’ Donyell Malen, li kkonkluda b’mod preċiż wara azzjoni ta’ Rodrigo Mora. Malen imbagħad serva lil Soule, li żied it-tieni goal fl-24 minuta.

Soule kompla jispikka u fit-36 minuta skorja goal spettakolari minn barra l-kaxxa biex Roma daħlu jistrieħu b’vantaġġ ta’ 3-0.

Fit-tieni taqsima Roma baqgħu fil-kontroll, minkejja li Malen kellu joħroġ minħabba problema fl-għarqub. 

Santiago Castro, li daħal minfloku, skorja r-raba’ goal fil-ħin miżjud biex issiġilla rebħa impressjonanti għal Roma.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here