Sunday, November 29, 2026
Home Sport Marsaxlokk jegħlbu lil Sliema Wanderers u jkabbru ċ-ċans li jikkwalifikaw għas-semi-finali

Marsaxlokk jegħlbu lil Sliema Wanderers u jkabbru ċ-ċans li jikkwalifikaw għas-semi-finali

0
52
Ritratti: Mark Mangion

Minn Cristian Muscat

Marsaxlokk……………….…..1

Sliema Wanderers…….……0

Marsaxlokk ikkastigaw lil Sliema Wanderers permezz ta’ goal kmieni meta għelbuhom bl-iskor minimu ta’ 1-0. B’din ir-rebħa, Marsaxlokk saħħew it-tieni post tal-klassifika u jinsabu b’ċans tajjeb li jibbukkjaw posthom fis-semi-finali għal tmiem l-istaġun.

Id-drama bdiet mill-ewwel hekk kif proprju fl-ewwel azzjoni tal-partita, Marsaxlokk appellaw għall-penalty meta Gustavo Alcino allegatament waqqa’ lil Jorge Ailton Saores fil-kaxxa. Madankollu, ir-referee Glen Tonna wara li kkonsulta mal-FVS ma ordna l-ebda penalty.

Huma komplew jippressaw u fit-tmien minuta fetħu l-iskor meta wara li rċieva minn cross ta’ Jose Ulises Arias, MATIAS NICOLAS GARCIA b’xutt mill-ewwel mill-viċin tefa’ l-ballun wara l-goalkeeper ta’ Sliema, Henry Bonello.

Ix-Xlukkajri baqgħu jiddominaw u fid-19-il minuta, Juan Carlos Corbalan, venven xutt minn pożizzjoni ideali li ħareġ l-aħjar ta’ Bonello, li salva bi bravura.

Sliema wieġbu għall-ewwel darba fit-28 minuta meta Sebastian Cojocaru kellu xutt sabiħ bid-dawra mill-viċin jintemm ftit barra.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u fil-35 minuta, minn free-kick Teddy Teuma, ħadd mill-players sħabu ma rnexxielu jagħmel kuntatt mal-ballun, li finalment intemm barra, bl-azzjoni tisfuma fix-xejn.

Fit-43 minuta, Cojocaru ttanta xortih peremzz ta’ xutt angolat mid-distanza li sab lill-goalkeeper ta’ Marsaxlokk, Christoffer Mafoumbi attent.

Il-pressjoni kienet kollha fuq Sliema u fil-ftuħ tat-tieni taqsima ħarġu ferm aggressivi u fit-48 minuta, wara li rċieva minn free-kick ta’ Teuma, Sebastian Cojocaru żmarkat għal kollox b’daqqa ta’ ras mill-viċin tefa’ għoli.

Marsaxlokk wieġbu żewġ minuti wara meta Smajlagic ħa l-ballun, b’finta tajba qabeż lill-player ta’ Sliema u b’xutt fil-baxx ra l-ballun jintemm barra.

Huma komplew jippressaw u fid-59 minuta l-istess Smajlagic kellu x-xutt fil-baxx jintemm ftit barra.

Sliema rrispondew fl-64 minuta meta Teuma minn qagħda ideali falla l-mira.

Il-Wanderers komplew fuq l-offensiva u tliet minuti wara, Wale Musa Alli kellu x-xutt mill-viċin jaħbat max-xibka minn barra, biex ta l-illużjoni tal-goal.

Ritratti: Mark Mangion

Fis-86 minuta, huma tilfu ċans tad-deheb li jġibu l-iskor indaqs meta s-sostitut Brian Ariel Gambarte venven xutt fil-baxx mid-distanza li ħareġ l-aħjar ta’ Mafoumbi li dawwar f’corner.

Iżda kienu Marsaxlokk li komplew jamministraw il-vantaġġ minimu li kellhom sa tmiem il-partita.

Marsaxlokk: Christoffer Mafoumbi, Oleksi Bykov, Oualid El Hasji, Nikolai Muscat (Triston Caruana 58), Jose Ulises Arias (Domantas Simkus 92), Jorge Ailton Soares (Redon Mihana 92), Juan Carlos Corbalan (Enrico Pepe 92), Semir Smajalgic, Matias Nicolas Garcia (Lucas Caruana 66), Joseph Minala, Leandro Aguirre Coach: Vincenzo Potenza

Sliema W.: Henry Bonello, Diego Camara, Teddy Teuma, Gustavo Alcino (Mohamed Awad 76), Anthony Limbombe, Vlatko Drobarov, Sebastian Cojocaru, Wale Musa Alli, Robin Polley (Nikolai Micallef 58), Steve Pisani (Brian Ariel Gambarte 58) Coach: Branko Nisevic

Referee: Glen Tonna

Ass. Referees: Luke Portelli, David Castillo

Raba’ Uffiċjal: Slobodan Petrovic

Skorers: M. N. Garcia 8 (M)

Ammoniti: O. El Hasni, J. Ulises Arias, C. Mafoumbi (M), A. Satariano (S)

Player tal-Logħba: Jose Ulises Arias (M)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here