Thursday, March 28, 2024

“Dinja oħra… totalment differenti mill-buzz tad-dancefloors, il-clubs u l-mużika!”

Id-Dj Joven Grech jżur lill-pazjenti ta' Puttinu

Aqra wkoll

Id-Dj Joven Grech fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook jirringrazzja lill-infermiera, tobba u dawk kollha li jaħdmu mat-tfal morda bil-kanċer. Hu jgħid “dinja li ġġgħalek tbaxxi rasek u tgħid grazzi lil Alla li jeżistu nies bħal dawn.”

Hu jgħid li fil-wards fejn hemm it-tfal morda hemm “Dinja oħra… totalment differenti mil-bużż tad-dancefloors, il-clubs u il-mużika!”

Kien nhar il-Ħamis li għadda li Grech kien ftiehem ma’ Rennie ta’ Puttinu biex imur sal-uffiċju tiegħu biex jagħti donazzjoni li kienet inġabret waqt attivita li saret dan l-aħħar. Hu jgħid li daħal l-isptar u baqa’ sejjer fl-uffiċju ta’ Puttinu b’basket tal-plastiv li fih kellu l-flus.

“Ħabbatt il-bieb u kif ftaħt insib qassis biċ-ċoqqa jbierek in-nies li kien hemm fl-uffiċju biż-żejt ma’ subajh u jagħmel is-slaleb fuq moħħ in-nies… Kif dar sab lili ma’ wiċċu, u baqa’ għaddej bija b’kollox,” kiteb Joven Grech.

Hu kompla jgħid li Rennie qal lil dan il-patri li hu kien minn Bormla u kull sena kien jorganizza xi attivitajiet għal Puttinu. Grech jgħid li l-patri mill-ewwel qallu “għandi xi ħaġa għalih… filwaqt li ħareġ domna tal-Kunċizzjoni u tagħielu.”

Hu kompla jgħid li waqt li kien fil-ward tkellem anke ma’ tifla żgħira li talbitu biex jagħmel follow fuq il-midja soċjali. Id-DJ jgħid li dak li ra hemm ġew hija dinja totalment differenti mid-dinja li jgħix hu fiha… dinja ta’ dancefloors, clubs u mużika.

Ekonomija

Sport