Sunday, November 29, 2026
Home Sport La Liga: Raphinha protagonista b’hat-trick fir-rebħa ta’ Barcelona fuq Deportivo

La Liga: Raphinha protagonista b’hat-trick fir-rebħa ta’ Barcelona fuq Deportivo

0
27

Barcelona kellhom wirja  impressjonanti meta għelbu lil Deportivo de La Coruna  bl-iskor ta’  5-1 fir-Riazor Stadium, biex saħħew posthom fil-quċċata tal-La Liga.

Il-Katalani fetħu l-iskor wara biss żewġ minuti permezz ta’ Lamine Yamal, iżda Deportivo rrispondew malajr, hekk kif Pierre-Emerick Aubameyang kiseb id-draw fid-disa’ minuta wara żball fid-difiża.

Barcelona reġgħu marru fil-vantaġġ fl-20 minuta, meta Dani Olmo temm azzjoni li fiha kien involut Anthony Gordon, biex il-vantaġġ tagħhom baqa’ 2-1 sal-mistrieħ.

Fit-tieni taqsima, Raphinha seraq l-attenzjoni, hekk kif skorja b’daqqa ta’ ras fil-50 minuta, qabel żied ieħor fit-83 minuta. Huwa temm il-hat-trick fil-ħin miżjud, biex Barcelona kisbu rebħa kbira.

B’dan ir-riżultat, Barcelona telgħu ħames punti fuq Real Madrid fil-quċċata tal-klassifika, wara t-telfa tal-Madrileni l-ġurnata ta’ qabel kontra Deportivo Alaves.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here