Friday, July 19, 2024

AĠĠORNAT: Is-seduta mistennija tkompli għada

Aqra wkoll

12:40pm Wara li xehdu madwar ħames xhieda, il-Qorti infurmat lill-dawk kollha preżenti li s-seduta mistennija tkompli għada l-Ħamis fl-10:30 a.m.

12:25 p.m- Wara Joseph Zammit kien imiss ix-xhieda ta’ Dr Josie Muscat, li spjega li l-Malta Enterprise kienu bagħtu għalih minħabba li dawn riedu jagħmlu proġett ta’ Cyclotron f’Malta għall-annimali .

Kien hawn, fejn Dr Muscat qal li ma tantx kienet tinteressaħ l-idea, minħabba li fl-istess perjodu tal-proġett imsemmi, l-Isptar Saint James kien qed jippjana biex iġib pet scan.

12:15 p.m- Xehed ukoll Joseph Zammit, li jokkupa l-kariga ta’ Chief Officer fi ħdan il-Malta Enterprise. Fix-xhieda tiegħu, Zammit qal li ngħata soft loan lill-kumpanija MTrace għall-proġett Cyclotron.

12:00 p.m- Xehed ukoll il-Perit Karl Farrugia, fejn fix-xhieda tiegħu spjega dwar il-proġett tas-Cyclotron fil-Life Sciences Park, li l-użu tiegħu kien sabiex jingħata trattament għall-kanċer.

11:50 a.m- Xehdet Rappreżentanta tal-Malta Business Registry, Dr Claudette Fenech, li ppreżentat dokumentazzjoni dwar il-kumpanija Saccia Grill. Min-naħa tagħha kkonfermat li l-avukat David Mela u l-avukat Mario Gattt, qatt ma kien involuti fil-kumpaniji Nexia Bt, Steward Malta, Steward Malta Management u Steward Malta Assets Limited u Steward Malta personal Limited.

11:41 a.m – Wara li intemmet ix-xhieda tal-eks Spettur Anthony Scerri, il-Qorti ippruvat tikkomunika ma’ tliet persuni, li huma xhieda barranin, liema ġew ikkuntatjati permezz ta’ video call iżda ħadd minnhom ma’ kkomunika lura mal-Qorti

11:15 a.m- Xehed l-eks Spettur Anthony Scerri, li fix-xhieda tiegħu qal li l-Pulizija ma kin itx involuta f’investigazzjoni oħra apparti dik tal-Inkjesta tal-Maġistrat Gabriella Vella.

10:46 a.m- Minn hawn u ftit minuti oħra f’Awla 22, se tkompli kumpilazzjoni fil-konfront ta’ numru ta’ persuni fosthom l-eks Prim Ministru Joseph Muscat, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri u l-eks Ministru Konrad Mizzi.

Dan is-sit se jkun qiegħed isegwi din is-seduta. Fiha huma mistenniјa li јitressqu diversi xhieda.

Aktar dettalјi mal-ħin

Ekonomija

Sport