Friday, July 19, 2024

Fl-2023 l-panelli fotovoltajiċi żdiedu b’4.3 fil-mija

Aqra wkoll

Matul is-sena li għaddiet il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli minn sistemi taʼ pannelli fotovoltajċi mwaħħlin mal-grilja ġiet stmata għal 309.3 GWh, żdiedet b’ 6.7 fil-mija fuq dik iġġenerata fl-2022.

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru li matul l-2023, ġew imwaħħla mat-33,818 panelli fotovoltajċi, bil-maġġorparti minnhom, jiġifieri 85.4 fil-mija kienu qegħdin fir-reġjun ta’ Malta. Dan filwaqt, li dawk f’Għawdex u f’Kemuna kien hemm 14.6 fil-mija.

L-istatistika turi wkoll li meta mqabbel mal-2022, l-ammont ta’ pannelli fotovoltajċi mwaħħlin żdied b’4.3 fil-mija.

Ekonomija

Sport