Saturday, July 13, 2024

L-Influencer b’miljun segwaċi li mietet f’Malta waqt vaganza…

... Il-passjoni ta’ Farah El Kadhi kienet proprju dik li tivvjaġġa

Aqra wkoll

L-aħbar tal-mewt mhux mistennija tal-influencer popolari Tuneżina, Farah El Kadhi, f’Malta t-Tnejn li għadda, ħasdet lil ħafna. Dan b’mod partikolari lill-aktar minn miljun segwaċi li kellha fuq il-pjattaforma online “Instagram”, kif ukoll lill-ġenerazzjonijiet iż-żgħar li tant isegwu u jidolizzaw influencers bħalha.

Id-dettalji dwar x’wassal biex El Kadhi mietet fl-Isptar Mater Dei fl-età ta’ 36 sena biss, huma ftit. Rapporti qalu li kien għall-ħabta tas-6.30 ta’ filgħodu li hija ttieħdet b’urġenza l-isptar wara li sofriet minn attakk tal-qalb. 

El Kadhi, mara sabiħa fl-aqwa ta’ ħajjitha u ggradwata anke bħala perit, kienet f’pajjiżna waqt vaganza. Fl-istess ħin hija kompliet bl-attività tagħha ta’ Instagram bi promozzjonijiet għal diversi kumpaniji u servizzi li joffru. Fost promozzjonijiet online, hija kienet tispeċjalizza fis-settur tal-moda. Kemm ilha bil-paġna tagħha fuq Instagram “faf.elkadhi”, hija tellgħet 3,085 posts, irreġistrat 1.1 miljun segwaċi u min-naħa tagħha kienet issegwi 7,469 persuna.

Fil-profil tagħha El Kadhi tiddeskrivi lilha nnfisha bħala persuna b’passjoni kbira għall-ivvjaġġar, kontributur fuq it-televiżjoni u li tkanta fil-kamra tal-banju.

Soulayma Hneynia, ħabiba tagħha u influencer bħalha, kienet fl-ewwel ta’ staġun ta’ “Love Island Malta. Hija sellmet il-memorja ta’ El Kadhi u fakkritha bħala persuna ta’ qalb tajba u ġeneruża. Żiedet li, “l-ispirtu pożittiv tagħha kien imiss lil dawk kollha li kellhom il-privileġġ isiru jafuha”

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport