Sunday, July 26, 2026
Home Sport Kyle Walker attirat minn offerta ta’ Al Ahly

Kyle Walker attirat minn offerta ta’ Al Ahly

0
126

Id-difensur internazzjonali Ingliż Kyle Walker qed jiġi attirat minn offerta Sawdita hekk kif Al Ahli qed jitħajru jakkwistawh.

Walker qed jiġi msemmi li jingħaqad ma’ dan it-tim mill-Arabja Sawdija u eventwalment ikun il-kollega tal-attakkant Ivan Toney li min-naħa tiegħu jilgħab mal-istess Al Ahly.

Il-klabb ta’ Walker, iġifieri Manchester City, lest jaċċetta s-somma ta’ £20 miljun sabiex Al Ahly jaċċertaw il-firma tiegħu.