Saturday, December 21, 2024

AĠĠORNAT: Is-sewwieq li nqaleb bil-karozza ma jsofri l-ebda ġrieħi

Aqra wkoll

Kelliem għall-pulizija kkoferma ma’ talk.mt li s-sewwieq li spiċċa maqlub bil-karozza għall-ħabta tal-5.00pm ma sofra l-ebda ġrieħi.

Jirriżulta li s-sewwieq tilef il-kontroll tal-vettura u ħabat ma’ ħajt tas-sejjieħ u kien hawn li nqaleb. Il-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post, iżda s-sewwieq mill-ewwel informa lill-uffiċjali li m’għandu bżonn l-ebda għajnuna medika.

5.30 p.m : tinqaleb karozza f’Ħ’Attard

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kellhom jissejħu wara li ftit tal-ħin ilu seħħ inċident tat-traffiku fi Triq l-Imdina f’Ħ’Attard.

L-inċident kien jinvolvi karozza tal-għamla Mazda Demio li għal xi raġuni spiċċat meqluba fuq il-ġenb.

S’issa mhux magħruf jekk kienx hemm persuni li weġġgħu f’dan l-inċident.

Fil-post hemm ukoll uffiċjali tal-Pulizija mit-Taqsima tat-traffiku li qegħdin jidderiġu t-traffiku sakemm il-karozza tkun tista’ titneħħa u jkun evitat kull periklu.

Aktar informazzjoni kif taslilna…

Ekonomija

Sport