Wednesday, March 27, 2024

Gareth Bale jħabbar li rtira mill-football

Aqra wkoll

Il-captain ta’ Wales, Gareth Bale, ħabbar li rtira mill-football fl-età ta’ 33 sena wara karriera brillanti.

L-aktar player li lagħab għal Wales, b’111-il logħba, ħabbar din id-deċiżjoni fuq il-media soċjali. 

Bale, li rebaħ il-UEFA Champions League ħames darbiet ma’ Real Madrid, huwa bla dubju l-aqwa player li qatt lagħab għal Wales.

“Wara konsiderazzjoni bir-reqqa, inħabbar l-irtirar tiegħu mill-football kemm fuq livell ta’ clubs kif ukoll fuq dak internazzjonali. 

“Inħossni ferm fortunat li rrealizzajt il-ħolma tiegħi li nilgħab l-isport li nħobb.”

Il-karriera ta’ Bale, imwieled Cardiff, bdiet minn Southampton fejn imbagħad ingħaqad ma’ Tottenham Hotspur u Real Madrid qabel ma nagħaqad ma’ Los Angeles.  

Huwa kien l-ispirazzjoni ta’ pajjiżu fil-Euro 2016 u 2020 qabel mexxa lil Wales fl-ewwel Tazza tad-Dinja tagħhom mill-1958, fil-Qatar 2022.

“Il-football tassew tani wħud mill-aqwa mumenti ta’ ħajti,” qal Bale.

Ekonomija

Sport