It-tfajla li kienet rappurtata nieqsa l-ġimgħa li għaddiet instabet qawwija u sħiħa. Fi stqarrija l-Pulizija rringrazzjat lill-pubbliku għall-koperazzjoni tiegħu.
Khadia Al Aloush magħrufa ukoll bħala Jenna, tfajla ta’ 15-il sena, ġiet rrappurtata nieqsa lill-Pulizija nhar l-Erbgħa li għadda.
Fi stqarrija maħruġa, il-Pulizija kienet qalet li l-aħħar li dehret kien fl-inħawi tal-Ħamrun u kienet liebsa uniformi tal-iskola.