Tuesday, May 14, 2024

Thomas Tuchel imġiegħel biex jiltaq mir-Renju Unit

Aqra wkoll

L-eks coach ta’ Chelsea, Thomas Tuchel, sar l-ewwel vittma tal-liġijiet tal-viża ta’ wara l-Brexit fir-Renju Unit hekk kif ġie mġiegħel biex jitlaq mill-pajjiż. 

Il-coach Ġermaniż tkeċċa mill-kariga tiegħu, f’Settembru li għadda, minkejja li fl-2021 huwa mexxihom għar-rebħ tal-UEFA Champions League. 

Wara t-tkeċċija tiegħu, is-sid il-ġdid ta’ Chelsea, Todd Boehly, sostna li ‘nuqqas ta’ viżjoni fit-tul lejn it-team’ kienet ir-raġuni ewlenija fejn ġie ssotitwit minn Graham Potter li fl-aħħar erba’ ħarġiet ma kisibx punt wieħed. 

Din it-tkeċċija kellha implikazzjonijiet serji għal Tuchel għax issa se jkollu jħalli l-Ingilterra f’Diċembru minkejja li l-familja tiegħu ssetiljat f’Surrey, fejn iż-żewġt ibniet żgħar tiegħu jmorru l-iskola.

Sport