It-titjira KM613 minn Ruma lejn pajjiżna ħalliet l-ajruport għall-ħabta tas-2:40 p.m mistenni jasal fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta fl-4:10 p.m.
09:30 a.m: Mistennija tittardja titjira minn Ruma lejn Malta wara li ajruplan intlaqat minn qatgħa għasafar
It-titjira tal-Air Malta KM612 minn Malta lejn Ruma, aktar kmieni kienet affettwata minn qatgħa għasafar li nġibu mill-magna tal-ajruplan waqt l-inżul fl-ajruport ta’ Ruma.
Fi stqarrija, il-linja nazzjonali tal-ajru kkonfermat li għaddejja ħidma teknika bħala prekawzjoni li għandha tipprovdi sigurtà qabel l-ajruplan ikun jista’ jagħmel it-titjira ta’ ritorn KM613 minn Ruma lejn Malta skedata li titlaq fl-10:10 a.m.
L-Air Malta temmet tavża li mistenni li jkun hemm ittardjar fit-titjira minkejja li qiegħed isir dak kollu possibbli biex tkun tista’ tkompli topera b’normalità.