Tuesday, May 14, 2024

AĠĠORNAT: Iweġġa’ gravi wara inċident bil-mutur f’Għawdex

Aqra wkoll

Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni llum għall-ħabta tal-3:30 p.m. kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Fortunato Mizzi, fir-Rabat Għawdex.

Minn informazzjoni li kiseb dan is-sit jidher li sewwieq ta’ mutur tal-għamla Yamaha Tricker fl-età ta’ 26 sena mis-Sannat ħabat ma’ karozza Mitsubishi Pajero li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 58 mir-Rabat Għawdex.  

Ritratt: Google Maps

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej…

Sport