Friday, December 27, 2024

AĠĠORNAT: Iweġġa’ gravi wara li kien involut f’ħabta f’Burmarrad

Aqra wkoll

Dan is-sit jinsab infurmat li raġel kellu jittieħed l-Isptar wara dalgħodu għall-ħabta tat-8:05 a.m. kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Burmarrad, f’Burmarrad.

Minn stħarriġ illi sar jirriżulta li seħħ impatt bejn vettura tal-għamla Nissan Juke li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 26 sena minn San Pawl il-Baħar u mutur tal-għamla Zipp 125 li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 18-il sena residenti San Pawl il-Baħar ukoll.

Tim mediku ssejjaħ fuq il-post li sussegwentement ħa lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Kelliem għall-Pulizija kkonferma li aktar tard is-sewwieq ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

It-triq reġgħet tinsab miftuħa għat-traffiku wara li għamlet xi ħin magħluqa kawża tal-inċident.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport