Monday, May 6, 2024

Fir-Renju Unit: Tifel jibqa’ dieħel f’anzjana b’e-scooter… tmut sitt ijiem wara

Aqra wkoll

Tifel taħt l-età qed jiġi projbit milli jsuq l-e-scooters wara li ammetta illi darab anzjana serjament, u li aktar tard swielha ħajjitha, waqt li kien qed isuq e-scooter privat b’mod illegali fir-Renju Unit.

Il-każ imur lura għat-2 ta’ Ġunju li għadda meta tifel ta’ 14-il sena kellu impatt qawwi ma’ pensjonanta ta’ 71 sena li kienet miexja għall-affari tagħha fuq bankina f’Nottingham.

L-anzjana, Linda Davis, ittieħdet l-isptar għall-kura meħtieġa, però sfortunatament mietet sitt ijiem wara l-inċident kawża ta’ ġrieħi serji li sofriet f’moħħha mal-waqgħa.

Linda Davis

It-tifel, li għadu taħt l-età u li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-qorti, ammetta li hu ħati tal-akkużi miġjuba kontrih kif ukoll li l-e-scooter li kien qed isuq dakinhar tal-inċident kien wieħed privat u ma kellux liċenzja jew polza tal-assiguarazzjoni.

Skont il-liġi attwali tal-lokal, sabiex individwu jkun jista’ jsuq e-scooter f’postijiet u toroq pedonali b’mod legali għandhom jiġi osservati numru ta’ regolamenti, fosthom li: is-sewwieqa tal-e-scooters minn tal-inqas irid ikollhom 18-il sena, irid ikollhom imqar liċenzja tas-sewqan proviżorja, u jridu jħallsu l-polza tal-assigurazzjoni. Dan ifisser li jekk persuna tiddeċiedi li ssuq e-scooter f’toroq pedonali mingħajr ma tosserva xi waħda minn dawn ir-regolamenti, ikun sar att kriminali.

It-tifel ġie pprojbit milli jsuq l-e-scooters għal dawn il-ħames li ġejjin, u jrid jattendi sessjonijiet mal-ġenituri tiegħu għal dawn is-sitt xhur. Ommu u missieru ġew ordnati jħallsu multa ta’ £111 bħala spejjeż għall-prosekuzzjoni.

Sport