Thursday, April 18, 2024

AĠĠORNAT: Iweġġa’ ħafif wara li għeliblu kumpressur fuq idu f’fabbrika tal-ikel fiż-Żejtun 

Aqra wkoll

Żagħżugħ ttieħdet l-Isptar wara li lbieraħ għall-ħabta tas-5:50 p.m kien involut f’inċident li seħħ f’fabbrika tal-ikel fl-inħawi ta’ Bir id-Deheb fiż-Żejtun.

Il-Pulizija kienet infurmata li ż-żagħżugħ kien sofra xi ġrieħi wara li nqabditlu idu f’xi makkinarju, iżda minn stħarriġ illi sar irriżulta li kien weġġa’ waqt li kien qiegħed iċaqlaq xi kumpressur li spiċċa għeleb għal fuq idu.

Fil-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ta l-ewwel assistenza lill-midrub sakemm huwa seta’ jittieħed l-Isptar permezz ta’ ambulanza. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport