Thursday, April 25, 2024

Tennis: Logħbiet tal-Australian Open jitwaqqfu minħabba s-sħana qawwija

Aqra wkoll

Il-maġġoranza tal-logħob ġie sospiż fit-tieni ġurnata tal-Australian Open minħabba sħana kbira f’Melbourne.

B’temperaturi ‘l fuq minn 35C, logħbiet fil-courts ta’ barra twaqqfu ftit qabel 2.15 am (ħin lokali).

Il-logħba ta’ Andy Murray kontra Matteo Berrettini tħalliet tibda bejn wieħed u ieħor fl-istess ħin għax kienet taħt is-saqaf fir-Rod Laver Arena.

Il-logħbiet fuq Margaret Court Arena u John Cain Arena – li t-tnejn għandhom ukoll saqaf – tħallew ikomplu.

Il-logħob waqaf barra meta l-iskala tal-istress tas-sħana Australian Open – li tikkalkula s-saħħa tax-xemx, it-temperatura tal-arja fid-dell, l-umdità relattiva, u l-veloċità tar-riħ – laħqet l-ogħla livell massimu tagħha. 

Is-sħana tremenda kienet daħlet fis-seħħ qabel meta l-iskala laħqet “l-erba’ gradi tal-kejl”, li tippermetti lill-players tas-singles jieħdu waqfa ta‘ 10 minuti matul il-logħba u jieħdu doċċa jew jużaw kmamar apposta b’temperatura baxxa.

Sport