Tuesday, July 21, 2026
Home Aktar AĠĠORNAT: Jindarab gravi wara li qala daqqiet ta’ pala fil-Ħamrun

AĠĠORNAT: Jindarab gravi wara li qala daqqiet ta’ pala fil-Ħamrun

0
662

Żewġ persuni ddaħlu l-isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tad-9:15 a.m kienu involuti f’argument li seħħ fi Triq Żimelli kantuniera ma’ Triq Stiefnu Żerafa, il-Ħamrun.

Inewsmalta tinsab infurmata li l-argument seħħ bejn Malti ta’ 24 sena residenti l-Ħamrun u żewġt Eġizzjani ta’ 41 sena 42 sena rispettivament.

It-tlieta li huma ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. AKtar tard irriżulta li l-Malti kien qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi wara li allegatament qala daqqiet ta’ pala. Il-kundizzjoni tat-tnejn l-oħra għadha pendenti..