Tuesday, May 14, 2024

Aġġornat: Jindarbu gravi wara li vann tal-flus ħabat ġo siġra fit-Telgħa tas-Saqqajja

Aqra wkoll

Żewġ persuni weġġgħu gravi wara li vann li jġorr il-flus baqa’ dieħel f’siġra.

L-inċident seħħ illum għall-ħabta tal-11.00a.m. fit-Telgħa tas-Saqajja, l-Imdina.

Dan is-sit jinsab infurmat li l-vann kien qed jiġi misjuq minn raġel ta’ 30 sena minn Ħal Għaxaq.

Miegħu kien hemm passiġġier, raġel ta’ 33 sena miż-Żejtun li sofra ġrieħi gravi. 

Huma ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard ġew iċċertifikati li sofrew minn ġrieħi gravi.

Minħabba raġunijiet ta’ sigurtà marbuta mal-fatt li l-vann huwa wieħed minn dawk li jġorru l-flus, fuq il-post issejħu diversi units tal-Pulizija.

L-investigazzjoni tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadha għaddejja. 

Sport