Friday, May 3, 2024

Jibdew il-preparamenti biex issir id-dimostrazzjoni tal-Bambin

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-indeċiżjoni kbira dwar il-purċissjoni bil-bambin lejlet il-Miliet mis-Socjetà tad-Duttrina Nisranija (MUSEUM), li din is-sena se tkun qed tagħlaq 100 sena mindu saret għall-ewwel, kellha żvolta ġdida lbieraħ.

Wara li fl-aħħar sigħat kienu diversi il-membri tal-kleru li tkellmu u esprimew id-diżappunt tagħhom għall-fatt li din il-purċissjoni bil-bambin jidher li saret impossibbli, ġie dikjarat mill-awtoritajiet għall-purċissjoni bil-bambin m’hemmx bżonn barrrikati.  

Fi sfond ta’ dan, fost dawk li tkellmu fl-aħħar sigħat kien hemm l-Arċipriet tal-Isla, Fr Robin Camilleri fejn qal: ”Ladarba kif tħabbar li l-purċissjoni tal-Bambin tista’ ssir mingħajr barikati, mela aħna ser nagħmluha. Grazzi ħafna lil kull min ta sehmu u lil awtoritajiet li fehmu il-concerns tagħna.”

Fost l-oħajn tkellem ukoll l-Arċipriet ta’ Ħal Tarxien Fr Chris Ellul fejn bi gratitudni rringrazzja lill-Awtoritajiet konċernati fid-diskussjonijiet fid-dawl tad-dimostrazzjoni tal-Bambin. Huwa qal: “Jalla jkun hemm aktar ħsieb, maturità u ta’ ġid għal ħarsien tad-dinjità umana, kif wkoll għaliex le biex nipreservaw il-wirt tal-Fidi u tradizzjoni li għaddewlna missirijietna bħal din id-dimostrazzjoni. Issa tidħol il-maturità u responsabbiltà tagħna lkoll li nieħdu ħsieb xulxin u nosservaw il-miżuri meħtieġa. Grazzi mill-ġdid.”

Intant, dan is-sit hu infurmat li tentattivi mill-Għaqda Każini tal-Baned, li proprju fl-aħħar sigħat iltaqgħu u ddiskutew is-sitwazzjoni, ma wasslu għal imkien tant li l-awtoritajiet tas-saħħa baqgħu ma iffissaw l-ebda laqgħa mal-istess organizazzjoni li tirrappreżenta l-każini tal-baned f’Malta. Quddiem dan jidher li bdew pjani biex fil-jiem li ġejjin tkun organizzata protesta fit-toroq tal-Belt, għalkemm b’mod uffiċjali għad m’hemmx konferma ta’ dan.

Sport