Monday, May 13, 2024

“Ħallu rigal taħt is-siġra ħalli kull tifel u tifla jkollu rigal b’imħabba” – Giorgia Mae

Aqra wkoll

Għat-tieni sena konsekuttiva, f’dawn il-festi tal-Milied, ftit tal-jiem ilu tħabbret it-tnedija tal-inizjattiva “Rigal b’Imħabba”. 

Ilkoll niftakru l-għexieren ta’ rigali li nġabru taħt is-siġra tal-Milied fi Pjazza Kastilja s-sena l-oħra u din is-sena din l-inizjattiva sabiħa mistennija terġa’ tkun ta’ suċċess.

Għal dan il-għan, f’filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali, it-tifla tal-Prim Ministru Robert Abela u martu Dr Lydia Abela, Giorgia Mae, għandha sejħa ġenwina u appell importanti lill-pubbliku biex iħallu rigal taħt din is-siġra biex kull tifel u tifla jkollhom tassew rigal b’imħabba.

Għal “Rigal b’Imħabba” ta’ din is-sena, Giorgia Mae għandha pjan ta’ kif se jinġabru u jitqassmu r-rigali għat-tfal vulnerabbli hekk kif għal din l-edizzjoni l-korpi dixxiplinati se jkunu qed jagħtu daqqa t’id sew.

Il-pubbliku għandu sa nhar it-Tnejn li ġej biex iħalli rigal taħt is-siġra tal-Milied fi Pjazza Kastilja u b’hekk ikun qed jgħin biex iferraħ ħafna tfal f’dawn il-festi sbieħ.

1 kumment

Comments are closed.

Sport