Saturday, December 21, 2024

AĠĠORNAT: Konfermata t-turn-out ta’ 85.5%… L-10 u t-12-il distrett jidher li se jkunu bl-inqas persentaġġi

Aqra wkoll

Aġġornat:

it-turn-out għall-elezzjoni jidher li se tkun dik ta’ 86% hekk kif bdew ħerġin l-ewwel proġezzjonijiet, tnaqqis ta’ 6.5% mit-total ta’ dawk li vvutaw fl-2017. Jidher li ż-żewġ distretti li se jkunu qegħdin jirreġistraw l-inqas persentaġġ ta’ voti huma d-9 distrett u l-10 distrett, distretti li huma tradizzjonalment assoċjati mal-PN.

It-tielet, il-ħames u is-sitt distretti jidhru li se jkollhom persentaġġ qawwi minkejja li xorta waħda rresġistraw tnaqqis mill-elezzjoni tal-2017.

Persentaġġ approssimattiv ta’ voti mitfugħa fl-4 ijiem ta’ votazzjoni 2022
DistrettVotanti ReġistratiTotal%
125,86222,12485.55%
226,94023,47587.14%
327,56624,21687.85%
426,68823,18486.87%
527,05623,59087.19%
627,32123,86587.35%
727,92324,57788.02%
826,36022,74786.29%
926,00721,93684.35%
1026,77721,84881.59%
1127,40123,23384.79%
1228,24922,14278.38%
1330,92526,63886.14%
Total355,075303,57585.50%

L-attivitá fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti tintensifika

Hekk kif il-votazzjoni ilha kważi sagħtejn magħluqa, l-attivitá fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti intensifikat hekk kif waslu numru kbir ta’ kaxxi tal-voti.

L-aħħar kaxxi li huma mistennija jaslu fin-Naxxar huma dawk ta’ Għawdex.

Jaslu l-ewwel kaxxi fin-Naxxar

Waslu lewwel kaxxi fin-Naxxar biex dawn jieħdu posthom skont id-distrett li jkunu ġew minnu.

Kollox lest ġewwa n-Naxxar

Hekk kif il-votazzjoni wasslet biex tasal fi tmiemha, fil-Ċentru tal-Votazzjoni fin-Naxxar jinsab kollox lest biex jibdew jaslu l-ewwel kaxxi.

Tiżdied l-attivitá fost il-votanti… Il-Kummissjoni Elettorali tgħid li sas-2PM ivvutaw 44%

Il-figura ppubblikata aktar kmieni llum, dik ta’ 143,628, hi ta’ dawk li vvutaw limitament fis-26 ta’ Marzu 2022, fis-2:00 p.m., u ma tinkludix eletturi li vvotaw fil-ġranet preċedenti tal-votazzjoni. Meta żżid dawk l-eletturi li vvutaw fil-ġranet ta’ qabel, li jammontaw għall-15,289 u li l-Kummissjoni Elettorali diġà ħarġet stqarrijiet dwarhom, il-persentaġġ iddikjarat illum ta’ 40.45% jitla’ għal 44.75%.

Numru ta’ persuni li tkellmu ma’ dan is-sit stqarrew li l-attivitá fl-aħħar sigħat fost il-votanti żdiedet b’ritmu tajjerb.

STQARRIJA MILL-PN

Wara l-analiżi li saret mill-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Nazzjonalista (Elcom), il-Partit Nazzjonalista kiteb uffiċjalment lill-Kummissjoni Elettorali biex jinfurmahom li skont l-istess data ppubblikata mill-Kummissjoni Elettorali stess, l-ammont ta’ nies li vvutaw sas-2pm ilaħħaq l-44.8%.

L-ammont ta’ 143,628 eletturi li ivvutaw mit-total ta’ 355,075 (40.45% kif ippublikat) huwa biss għal dawk l-eletturi li ivvutaw illum, is-Sibt, 26 ta’ Marzu 2022. Ma dan għandhom jingħaddu l-ammont ta’ 15,289 elettur li ivvutaw fil-jiem ta’ qabel sabiex jirriflettu it-turnout totali ta’ dawk kollha li huma registrati bħala eletturi (355,075).

Għaldaqstant, it-turnout uffiċjali ppublikat mill-Kummissjoni Elettorali huwa żbaljat u għandu jiġi ikkoreġut immedjatament sabiex jirrifletti l-perċentwali rejali ta’ turnout ta’ 44.8% tal-votanti kollha reġistrati.

Il-Partit Nazzjonalista saħaq li l-Kummissjoni Elettorali għandha tikkoreġi dan in-nuqqas sabiex tirrifletti l-istampa rejali.

TURN-OUTS DISTRETTWALI

Il-Kummissjoni Elettorali ħabbret il-persentaġġi fid-distretti individwalment, bit-12-il distrett ikun id-distrett bl-inqas turn-out ta’ votanti.

L-Ewwel Distrett43.85%
It-Tieni Distrett38.26%
It-Tielet Distrett38.87%
Ir-Raba’ Distrett42.81%
Il-Ħames Distrett40.23%
Is-Sitt Distrett39.32%
Is-Seba’ Distrett39.05%
It-Tmien Distrett42.55%
Id-Disa’ Distrett42.47%
L-Għaxar Distrett41.47%
Il-Ħdax-il Distrett39.28%
It-Tnax-il Distrett37.72%
It-Tlettax-il Distrett40.50%

Aktar qabel:

40% jivvutaw sas-2:00PM

Il-Kummissjoni Elettorali għadu kemm ħabbar li sas-2:00 p.m. ivvutaw 40.45% ta’ dawk eleġibbli li jivvutaw, jew 143,628 votant minn 355,075 votant.

Dan il-persentaġġ huwa 11% inqas minn dak irreġistrat flk-2017.

Ekonomija

Sport