L-Unjin Maltija tal-Għalliema (MUT) u l-Union of Professional Educators (UPE) illum iltaqgħu mal-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport Clifton Grima jum wieħed biss wara li dan tal-aħħar ingħata l-kariga ta’ Ministru għas-settur edukattiv.
L-MUT fi stqarrija qalet li matul il-laqgħa ta’ kortesija kienu diskussi l-isfidi preżenti u futuri tas-settur tal-edukazzjoni.
L-MUT u l-UPE qalu li jħarsu ‘l quddiem għal aktar ħidma mal-Ministru Grima filwaqt li awgurawlu għall-ħidma ġdida tiegħu.