Saturday, December 21, 2024

AĠĠORNAT: L-OHSA twaqqaf minnufih ix-xogħol wara l-inċident fil-Fgura

Aqra wkoll

Dan is-sit jinsab infurmat li aktar kmieni għall-ħabta tat-3:00pm il-Pulizija daħlitilha informazzjoni dwar gaffa li għal xi raġuni spiċċat f’gandott waqt xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq San Tumas, il-Fgura.

Fil-post ġew imsejħa membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, ambulanza u tim mediku sabiex ikunu jistgħu jagħtu l-ewwel assistenza tagħhom. 

Il-persuna li kienet fil-gaffa ngħatat attenzjoni medika fil-post sakemm seta’ jittieħed Mater Dei għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

L-OHSA tinvestiga dwar il-każ

Intant fi stqarrija l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OHSA) qalet li qed tinvestiga inċident fuq il-post tax-xogħol li ġara f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Fgura fejn ħaddiem ta’ 50 sena ġarrab ġrieħi ħfief.

L-OHSA mill-ewwel ħarġet stop order sabiex jitwaqqaf ix-xogħol fuq is-sit.

Ekonomija

Sport