Wednesday, April 24, 2024

Robert Lewandowski mhux kuntent b’salarju ta’ €20 miljun fis-sena

Aqra wkoll

Huwa mifhum li Robert Lewandowski, irrifjuta l-aħħar offerta ta’ tiġdid tal-kuntratt ma’ Bayern. Il-club offra lil Lewandowski kuntratt ġdid sal-2024 b’salarju ta’ €20 miljun. Madankollu, dan l-ammont mhux biżżejjed biex jipperswadi lill-Pollakk jiffirma kuntratt ġdid magħhom.

Il-club qed jagħmel dak kollu possibbli biex iżomm lil Lewandowski, iżda l-attakkant jidher li qed jaħseb biex jitbiegħed minn Munich.

Il-Bavarjani kienu rappurtati li offrewlu estensjoni ta’ kuntratt ta’ sena sal-2024. Il-paga tiegħu bħalissa tibqa’ ta’ €20 miljun.

Madankollu, Lewandowski mhuwiex kuntent bl-offerta għalkemm. Dan hekk kif huwa ried kuntratt ta’ mill-inqas żewġ staġuni. Barra minn hekk, Lewandowski talab żieda fil-pagi, iżda Bayern mhumiex lesti li jikkuntentawh.

Il-Pollakk jemmen li jistħoqqlu aktar fejn jidher li jinsab irrabjat għal Hasan Salihamidzic, id-direttur sportiv ta’ Bayern, għax jaħseb li l-club ma kienx ġust b’dak li offrelu l-klabb fl-aħħar snin.

Barcelona, sadanittant, qed isegwu din is-sitwazzjoni mill-qrib, b’Bayern Munich qed jikkunsidraw li jisimgħu l-offerti għalih dan is-sajf, fejn huwa mifhum li l-ġganti Katalani jistagħu joffru minn €35 sa €40 miljun għas-servizzi tiegħu.

Sport