Wednesday, December 25, 2024

AĠĠORNAT :Lilu King se jitressaq fil-Qorti dwar l-inċident tal-boxing f’ Ta’ Qali

Aqra wkoll

8:19 a.m- Rapporti jgħidu li Lilu King reġa’ ġie arrestat

Rapporti fuq il-midja lokali rrapportaw li Mohamed Ali Ahmed Elmushraty, magħruf bħala Lilu King reġa’ ġie arrestat.

Jirriżulta li hu ġie arrestat wara argument li daħal fih waqt attività tal-boxing nhar il-Ġimgħa li għaddiet. Hu qiegħed jiġi investigat mill-pulizija wara li allegatament kiser il-kundizzjnijiet tal-ħelsien mill-arrest.

Skont ir-rapporti li dehru fuq il-midja lokali, Lilu King ġie arrestat f’Ta’ Qala għall-ħabta ta’ nofsillejl waqt attività tal-boxing. Kienu l-uffiċjali tas-sigurtà tal-attività li talbu l-assistenza tal-pulizija biex Lilu King jiġi skortat ‘il barra mill-Padiljun tal-Basketball f’Ta’ Qali. Intqal li huwa beda jirreżisti lill-Pulizija.

Hu ilu jgawdi mill-ħelsien mill-arrest minn Marzu li għadda hekk kif il-Qorti Kriminali ippreseduta mill-Maġistrat Leonard Caruana, kienet tagħtu l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet fosthom li jrid jinġabar f’daru bejn id-9.00 pm u s-7.00am.

Lilu King għandu 32 sena u f’Marzu tal-2023 kien tressaq il-Qorti akkużat b’ħasil ta’ flus. Imbgħad fil-bidu ta’ din is-sena hu kien reġa’ tressaq il-Qorti fejn ġie akkużat bi traffikar tad-droga.

Ekonomija

Sport