Wednesday, July 24, 2024

It-tim nazzjonali tal-Veterani dominanti fuq Whitegate United

Aqra wkoll

It-tim nazzjonali Malti tal-Veterani iddomina l-konfront kontra l-Ingliżi ta’ Whitegate United tant li rebħulhom 6-1 f’partita ta’ ħbiberija li ntlagħbet fiċ-Charles Abela Stadium fil-Mosta.

Il-Maltin immexxija mill-kowċ Joe Micallef kienu qed jirbħu 1-0 sal-intervall sabiex fit-tieni taqsima saħansitra żiedu ħamsa oħra għal rebħa tennistika.

Kien Adam Smeir li poġġa lill-Maltin minn fuq fil-35 minuta sabiex Ian Zammit irdoppja l-iskor mas-siegħa logħob.

Fis-67 minuta, il-Maltin għamluhom 3-0 wara li David Azzopardi għadda lil Luke Satariano li ma żbaljax.

Minkejja li Whitegate United naqqsu l-iskor fil-71 minuta, il-Maltin baqgħu konċentrati u skorjaw tliet gowls oħra permezz ta’ Daniel Cremona, ġmiel ta’ freekick ta’ Kevin Sammut u gowl ieħor ta’ Adam Smeir li b’hekk għaqqad doppjetta personali.

Malta lagħbu b’din il-formazzjoni:

Roderick Debattista, Jonathan Bondin, Gareth Magri, Eric Saliba, Jeffrey Chetcuti, Kevin Sammut, Daniel Cremona, Ian Zammit, Alan Tabone, Adam Smeir.

Sostituti: Ivan Cassar, Luke Satariano, Ayrton Buhagiar, Manuel Sevasta, David Azzopardi, Roderick Farrugia.

Ekonomija

Sport