Wednesday, July 24, 2024

Tibda l-fażi deċiżiva tan-Nestle Ice Cream Beach Soccer League

Aqra wkoll

Illejla jintlagħbu s-semifinali tan-Nestle Ice Cream Beach Soccer Tournament hekk kif La Playa de Arena jaffaċċjaw lil Naxxar Lions filwaqt li Ħamrun Beach Soccer jilagħbu kontra Ta’ Xbiex.

Sadanittant is-Sibt li għadda ntlagħbet id-decider għar-raba’ post fejn Ta’ Xbiex għelbu lil Sliema Beach Soccer 8-5.

Saturday Nanapere kien awtur ta’ erba’ gowls filwaqt li Giovanni Galea, Zvezdan Vukovic u Gabriel Dobre żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.

Matthew Agius, Sharlon Diacono, Kurt Mifsud u Roberto Fassari skorjaw għal Sliema.

Il-finali tan-Nestle Ice Cream Beach Soccer League hi skedata għal nhar il-Ħamis li ġej u tibda fis-6.30pm.

Ekonomija

Sport