Wednesday, July 24, 2024

Imutu mal-50 persuna fl-Indja fl-aħħar tlett ijiem kawża tas-sħana

Aqra wkoll

Fl-Indja matul l-aħħar tlett ijiem, mietu minn tal-inqas 50 persuna, hekk kif sħana qawwija qed tkompli taħkem partijiet mill-pajjiż. Ġie rrapurtat li fl-istat tat-tramuntana matul tmiem il-ġimgħa mietu madwar 33 persuna.

Ħafna minn dawn l-imwiet ġew irrappurtati fl-1 ta’ Ġunju hekk kif l-Indja, kienet għaddejja fl-aħħar fażi tal-votazzjoni għall-elezzjoni ġenerali, liema riżultat huwa mistenni li jitħabbar għada l-4 ta’ Ġunju.

Kull ħames snin, l-Indja torganizza l-elezzjoni ġenerali tagħha fix-xhur tas-sajf ta’ April u Mejju. Minkejja li għal din is-sena d-dati baqgħu l-istess,it-temperaturi fil-pajjiż kienu rekord. Barra minn hekk l-Indja qed tesperjenza wkoll mewġ tas-sħana frekwenti, aktar intensi u itwal.

F’kumment li ta, kelliem għall-Ministeru tas-Saħħa fil-pajjiż spjega kif matul dan il-perjodu, ġew irrapurtati madwar 24,894 każ ta’ heatstroke. Huwa kkonferma wkoll li fost dawk il-persuni li tilfu ħajjithom, kien hemm diversi pulizija voluntiera, uffiċjali tal-votazzjoni u gwardjani tas-sigurtà.

Is-sħana fit-Tramuntana u ċ-ċentru tal-Indja u f’partijiet tal-punent ilha ilha taħkem il-pajjiż għal dawn l-aħħar ġimagħtejn, b’temperaturi jitilgħu sa massimu jduru madwar 45°C għal ġranet sħaħ u f’ċertu żoni, saħansitra telgħu sa 50°C f’xi żoni.

Madankollu, id-dipartiment tat-temp tal-Indja jgħid li t-temperaturi x’aktarx li jaqgħu fil-jiem li ġejjin minħabba l-bidu tal-monsoon. Intant, diversi reġjuni fil-pajjiż, qed jesperjenzaw qtugħ tal-provvista tal-elettriku u qed ikunu mingħajr ilma, minħabba żieda fil-konsum tal-enerġija.

Ekonomija

Sport