Tuesday, December 24, 2024

AĠĠORNAT: Mara bi ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn vettura fil-Furjana

Aqra wkoll

Fi stqarrija l-pulizija qalu li l-mara ta’ 85 sena li aktar kmieni llum intlaqtet minn karozza Peugeot 3008, wara li ttieħded l-isptar ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

01.08pm: Anzjana l-Isptar wara li ntlaqtet minn vettura fil-Furjana

Anzjana kellha tiddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tal-10:00 a.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq Sant’Anna, il-Furjana.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li mara ta’ 85 sena residenti San Ġwann ittajret minn vettura li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 39 sena li jgħix fil-Furjana stess.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sakemm il-mara setgħet tittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura. S’issa l-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport