Friday, May 3, 2024

Persuna għall-Qorti b’rabta ma’ ħruq ta’ skart fis-Siġġiewi

Aqra wkoll

Persuna mistennija titressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin mixlija b’attentati ta’ ħruq ta’ skart fis-Siġġiewi. Mistennija wkoll titressaq talba l-Qorti sabiex tiġi kkonfiskata l-liċenzja tal-vettura li permezz tagħha twettaq dan l-att vandalu.

Dan tħabbar fl-aħħar sigħat mis-Sindku tas-Siġġiewi stess, Dominic Grech, kif ukoll ġie kkonfermat minn sorsi tal-Pulizija ma’ dan is-sit.

Iktar kmieni dan ix-xahar, fit-12 ta’ Frar, is-Sindku kien tkellem dwar dan il-każ fejn qal li kien hemm attentat ta’ ħruq fi Triq Salvu Borg Olivier, fis-Siġġiewi, u saħansitra qasam filmat li juri ħruq viċin tal-bring-in-sites.

L-allegat suspettat ġie identifikat mill-uffiċjali tal-Pulizija tal-Komunità li f’dawn l-aħħar jiem kienu għaddejjin b’ħidma bil-għan li tinqabad il-persuna responsabbli sabiex dan il-każ jiġi riżolt fl-iqsar żmien possibbli.

Sport