Friday, December 27, 2024

AĠĠORNAT: Mara ta’ 35 sena bi ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku r-Rabat

Aqra wkoll

Fi stqarrija l-Pulizija b’referenza għall-inċident li seħħ dalgħodu qalu li mill-investigazzjoni li saret irriżulta li l-Mazda MX-30 kienet misjuqa minn mara ta’ 45 sena residenti Pembroke, u Toyota Vitz, misjuqa minn mara ta’ 35 sena residenti Ħad-Dingli.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza ħadet il-mara ta’ 35 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

10.26am – Żewġ persuni l-Isptar wara ħabta fir-Rabat

Triq l-Infetti fir-Rabat tinsab temporanjament magħluqa għat-traffiku kawża ta’ inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-8:45 a.m bejn żewġ karozzi tal-għamla Toyota u Mazda misjuqa minn żewġ sewwieqa nisa. Fil-Mazda kien hemm tifel li fortunatament ma sofra l-ebda ġrieħi.

YouTube video

Minnufih issejjaħ tim mediku u ambulanza li assistew liż-żewġ sewwieqa taż-żewġ karozzi sakemm huma setgħu jittieħdu lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar attenzjoni medika.

Fuq il-post hemm diversi uffiċjali ta’ Transport Malta kif ukoll Pulizija li jinsabu għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom.

Aktar informazzjoni kif taslilna…

Ekonomija

Sport