Wednesday, April 24, 2024

AĠĠORNAT: Muka kien qiegħed jilbes waħda mill-ġżirajjen tad-deheb fil-ħin li ġie arrestat

Aqra wkoll

Illum tibda l-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra l-Albaniż Daniel Muka ta’ 25 sena li qed jiġi mixli bil-qtil doppju f’Tas-Sliema ta’ Christian Pandolfino u Ivor Maciejowski. Il-delitt kien seħħ nhar it-18 ta’ Awwissu li għadda.

Illum mistennijin li jagħtu x-xhieda tagħhom l-Ispetturi li investigaw il-każ, James Grech u Colin Sheldon.

Agħmlu refresh tal-paġna biex taraw l-aħħar aġġornamenti…

14.31: Is-seduta se tkompli fit-8 t’Ottubru fil-11.00 a.m.

14.27: Id-Difiża tirriserva l-kontro-eżami. Ix-xhud ilesti x-xhieda tiegħu. Il-Qorti qiegħda taħtar diversi esperti tekniċi biex jgħinu fl-eżami tal-informazzjoni miġbura mill-Pulizija.

14.26: II-vettura mikrija Peugeot eventwalment instabet fil-barriera ta’ ħdejn il-hotel Westin Dragonara, f’San Ġiljan.

14.24: Karozza tal-għamla Peugeot kienet mikrija minn Muka, u fiha nstabet iċ-ċavetta tal-vettura VW li ntużat biex jaħarbu mill-post.

14.21: Fil-bini fejn instab u ġie arrestat Muka nstabu erba’ mobilie phones, giżirana u ċurkett tad-deheb, kf ukoll laptop.

14.20: L-istess Surġent saħaq kif filmati oħra wasslu għall-identifikazzjoni ta’ Muka, kif ukoll is-suspettati l-oħra involuti.

14.17: Il-pulizija kienet ordnata tagħmel tfittxija fiż-żona fejn l-aħħar li kienet dehret il-karozza, fejn eventwalment nstabet il-vettura. Mill-ewwel kien jidher li l-cable ties mal-pjanċa kienu maqtugħin, u kif ukoll kien hemm cable ties maqtugħin ħdejn il-vettura.

14.16: Is-surġent saħaq kif kien hemm CCTV li juri biċ-ċar it-traġitt tal-karozza wara s-serqa, u li din baqgħet tiġi segwita minn stabbilimenti differenti, sat-tmiem tal-vjaġġ fil-Pietà.

14.15: Huwa kkonferma għal darba oħra li t-tliet suspettati kienu jaħarbu fuq vettura VW bajda.

14.14: Issa jmiss lis-Surġent Josef Gerada, stazzjonat fit-Taqsima tal-Omiċidji. Gerada saħaq li huwa kien infurmat mimll-ispettur Grech fuq l-investigazzjoni li kienet qed tiżvolġi.

14.13: Mistoqsi jekk l-akkużat kienx jaf li l-vittmi fil-proprjetà kellhom oġġetti ta’ valur, l-Ispettur saħaq li Muka kien ammetta li dik kienet l-idea, però mhix ċerti għalfejn intgħażlet id-dar. Jintemm hawnhekk ix-xhieda tal-ewwel Spettur.

14.11: Mistoqsi fuq jekk għandhiex informazzjoni għaliex ġiet magħżula dik-id dar, l_ispettur saħaq li ż-żewġ suspettati qalu li ma kinitx idea tagħhom. Mistoqsi fuq il-mottiv, l-ispettur saħaq li s’issa, l-unika mottiv stabbilit kien is-serq, mhux l-omiċidju.

14.10: Mistoqsi mill-avukat Parte Civile Joe Giglio fuq min daqq il-qanpiena f’xi ħin, l-Ispettur saħaq li kien l-akkużat. Fuq l-għalfejn, l-Ispettur saħaq li l-Pulizijia qegħda tissoponi li dan seħħ biex jerġa’ jinfetaħ il-bieb it-tieni darba.

13.54: L akkużat jidħol issa fl-awla. Il-Qorti tilqa’ t talba tal-avukati tad difiża biex il-ġurnalisti joħorġu temporanjament mill-awla.

13.49: Għal din l-aħbar, irreaġixxew negattivament il-qraba tal-vittma Pandolfino. Waqt it-tfittxija fil-bini tal-FUrjana, sabu wkoll laptops, ċwievet, u affarijiet oħrajn.

13.48: Il-Pulizija sabu sitt tiri nesqin mill-pistola ta’ Muka, ugwali mal-ammont ta’ tiri sparati waqt is-serqa. Kien evidenti wkoll għall-pulizija li ż-żarbun tiegħu kellu ħafna demm fihom. Apparti hekk, Muka kien qiegħed jilbes waħda mill-ġżirajjen tad-deheb fil-ħin li ġie arrestat.

13.45: Il-Pulizija kkumparat l-informazzjoni tad-DNA tal-akkużat ma’ dawk misjuba fuq il-vettura, kif ukoll mill-ħwejjeġ li kienu jinsabu fil-vettura. Dawn il-ħwejjeġ kellhom ukoll DNA taż-żewġ vittmi fuqha. Il-Pulizija saru jafu li l-akkużat kien qiegħed joqgħod ġewwa dar abbandunata fil-Furjana. L-Ispetturi undercover kkonfermaw li kien hemm xi ħadd residenti f’dan il-bini.

13.43: Fl-10:56 p.m., is-suspettati rikbu vettura oħra. Il-Puliżija kellhom numru tat-telefon ta’ Muka, u kien hemmhekk li l-pulizija talbu r-rekords ta’ Muka. Fit-18 t’Awwissu, huwa kien muri mill-antenna ta’ Portomaso li kien mitfi waqt l-isparatura, u kien maqbud mill-antenna tal-Gżira. L-Ispettur ikkonferma li l-aħħar darba li ffirma l-ktieb tal-police bail kien fit-22 t’Awwissu.

13.42: It-tliet persuni mbagħad rikbu tal-linja. Kien mis-CCTV ta’ tal-linja li l_Pulizja għarfu lil Muka bħala wieħed mit-tliet irġiel susepttati.

13.40: Kien hemm ukoll imitazzjoni ta’ pistola u ta’ AK47, kif ukoll il-pjanċi użati waqt l-omiċidju. Minn iktar filmati tas-CCTV, kien osservat li tliet persuni mxew mill-parkeġġ lejn it-telgħa ta’ Gwardamangia dakinhar. CCTV ieħor wera dawn il-persuni jieqfu fuq waqfa tal-linja b’filmat ieħor juri lil Muka b’faxxa mal-minkeb tiegħu. Il-Pulizija qalu kif, minn informazzjoni li ġabru, Muka kien mar l-għassa tal-Belt jiffirma waqt li kien liebes elbow support ukoll. L-Ispettur saħaq li huwa kien jaf lil Muka sew, għaliex mhux l-ewwel darba li pprosegwieh fuq reati kriminali.

13.37: L-ispettur Grech jgħid li l-vettura VW tintgħaraf minħabba l-panoramic roof li kellha. Fil-21 t’Awwissu, l-Ispettur Baldacchino kien qiegħed idur iż-żona ħdejn l-Isptar San Luqa u kien hemm hekk, fil-parking ta’ taħt San Luqa, li huwa sab il-vettura, bi pjanċi tar-reġistrazzjoni differenti, pjanċi li kienu wkoll misruqa mill-Ħamrun. Issejħu l-pulizija u fil-vettura nstab handbag b’business cards ta’ oħt il-ttima, ilbies assunt li ġie milbus mill-aggressuri, fejn nstabu wkoll traċċi ta’ demm.

13.30: Il-karozza rriżultat li nsterqet fl-2018. Il-pjanċi nsterqu separatament fl-2020. Pulizija appellaw lill Transport Malta fuq il-pjanċi, u l-aġenzija infurmat li l-pjanċi dehru fuq vettura Peugeot 107. Il-Pulizija saru jafu li l-aggressuri setgħu kienu qegħdin jagħmlu użu minn vettura oħra wkoll.

13.28: Kien hemm marka fuq il-bieb, li fisser kif l-akkużati żgassaw il-bieb frontali. Xħin għamlu dan sparaw ħames darbiet lil Pandolfino, u mit-taraġ, sparaw lill-persuna l-oħra tir wieħed f’rashom. Dan tal-aħħar kien niżel isfel wara li sema’ l-isparaturi. Il-Pulizija daħlu ġewwa l-kċina, fejn għamlu l-analiżi tas-CCTV tad-dar. Il-karozza bajda kienet qiegħda tagħmel ronda fiż-żona għall-ħabta tal-10:15 p.m., u waqfet 80 mmetru ’l bogħod mid-dar. Fil-filmat tas-CCTV raw żewġ irġiel, wieħed twil u ieħor naqra iqsar u oħxon, joħorġu mill-vettura u jidħlu fid-dar. Is-suspettat l-imbaċċaċ deher joħroġ barra lejn il-vettura, imbagħad reġa’ daħal flimkien mat-tielet individwu. Ħarġu u ħarbu mid-dar fl-22:23.

13.27: Pandolfino nstab mejjet mal-art ħdejn il-bieb, liebes biss bil-qalziet it-taħt. L-ieħor instab mejjet ħdejn it-taraġ fl-ewwel sular. Fid-dar ma kienx hemm ħafna taqlib, però l-giżirajjen tad-deheb ma nstabux. Deher evidenti li l-qattiela, xħin sparaw, ħadu l-ġiżirajjen tad-deheb mill-vittmi. L-Ispettur Grech jgħid li kien hemm numru ta’ pendenti fl-art.

13.26: Xhud ieħor, li kien mal-kantuniera, sema’ l-isparatura, u ra lit-tliet persuni jaħarbu b’VW bajda. Il-vettura ħarbet tramite Triq Tignè.

13.25: Xhud li kien qiegħed ipejjep sigarett fuq ir-residenza faċċata tal-proprjetà kkonferma dan kollu. Dan x-xhud saħaq li l-ewwel dehru tnejn jidħlu fil-proprjetà, iżda xħin nstemgħu l-isparaturi, daħal it-tielet pesuna. Wieħed minnhom deher iġorr basket kannella lejn il-karozza.

13.18: Jibda jagħti x-xhieda tiegħu l-Ispettur James Grech. Jgħid li fit-18 ta’ Awwissu, fl-10:30 p.m., kien infurmat li kien hemm sparatura f’Tas-Slilema. Jgħid li tliet persuni dehru joħorġu mill-proprjetà inkwistjoni. Dehru jidħlu bejn l-10:19 u l-10:23, u ħarbu minn fuq il-post f’karozza VW bajda.

12.26: Qraba ta’ Christian Pandolfino jibdew jidħlu fl-awla.

11.33: Awla Numru 9, tinsab ippakkjata bin-nies jistennew bi ħġarhom il-bidu tas-smigħ tax-xhieda.

Sport