Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet minn ċkuniti meta kont nara lil missieri u lil ħija jaraw il-futbol fuq it-televixin, sakemm eventwalment spiċċajt nipprattikah jien ukoll.
Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek bħala coach tal-U13s fi ħdan in-Nursery ta’ Zabbar SP FC.
Esperjenza eċċellenti li għenitni mhux biss bħala kowċ imma anke bħala bniedem. Il-fatt li tara tfal jagħmlu qabża ‘l quddiem u bl-entużjażmu għal-logħba tal-futbol jtini sodisfazzjon u iktar dedikazzjoni.
Huwa fatt maghruf li t-tim tal kbar ta’ Zabbar SP FC qed jutilizza bosta plejers prodotti tan-Nursery tagħkom. X’inhu s-sigriet ta’ dan is-suċċess?
Is-sigriet huwa wieħed sempliċi. Bis-saħħa tal-investiment, kowċis u titjib fil-faċilitajiet li qed jsir kontinwament fis-settur tal-akkademja tagħna qed juri l-frott tiegħu u b’hekk bosta plejers qed jitilgħu b’mod regolari mat-tim tal-kbar.
Kif tqis il-livell tal-grassroots f’pajjiżna?
Il-grassroots huwa l-pedament tal-futbol Malti għall-plejers tal-futur, għalhekk il-livell qed jingħata importanza kbira minn nurseries u l-livell qiegħed dejjem jogħla.
U dak tal-futbol Malti fil-preżent, u kif rajtu jinbidel tul is-snin?
Inbidel f’kull aspett tista’ tgħid. Fi żmieni, fil-futbol ma kellnix faċilitajiet kif għandhom illum. Apparti minn hekk illum il-ġurnata ħafna kowċis Maltin bis-saħħa tal-korsijiet u enfażi fuq it-tagħlim li qed isir, qed ikunu iktar preparati, fejn saħansitra bosta kowċis qed imorru jikkowċjaw barra minn xtutna b’suċċess.
U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn il-plejers tagħna jitħarrġu u jilagħbu l-logħob kompetittiv tagħhom?
Riżorsi tal-grawnds naħseb li huwa l-iktar settur li tjieb tul dawn l-aħħar snin. Fejn qabel kont issib u jintlagħab logħob anke fi grawnds taż-żrar, illum tista’ tgħid li din hija ineżistenti.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?
Fil-futur, narani nibqa’ involut fin-nurseries u nikseb iktar esperjenza bħala kowċ.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.
Messaġġ żgħir li nixtieq ngħaddi specjament ghal livell ta grassroots huwa L-importanti hu li tibqgħu tippruvaw u ma taqtgħu qalbkom qatt. Ftakru li l-aktar ħaġa importanti hija li tieħdu pjaċir u tibqgħu turu passjoni lejn il-futbol!