Tuesday, November 12, 2024

AĠĠORNAT: Passiġġiera ta’ mutur tweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fil-Ħamrun

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa ftit tal-ħin ilu mill-Pulizija ntqal li l-passiġġiera tal-mutur li kienet involuta fl-inċident li seħħ ilbieraħ fil-Ħamrun sofriet ġrieħi gravi.

AĠĠORNAT 5.45 P.M. (14.03.2022) : Mara ta’ 68 sena tweġġa’ f’inċident waqt li kienet passiġġiera fuq mutur

L-inċident li seħħ aktar kmieni ilejla, kienet mara ta’ 68 sena minn Ħ’Attard li kellha tittieħed l-Isptar minħabba ġrieħi li sofriet. Dan ġie kkonfermat minn kelliem għal pulizija.

Hija kienet passiġġiera fuq mutur tal-għamlu Yamaha GPD125 li kien qed jinsaq minn raġel ta’ 43 sena minn Ħ’Attard ukoll liema sewwieq ma sofra l-ebda ġrieħi.

Il-każ seħħ hekk kif għal xi raġuni l-mutur ħabat ma’ karozza Toyota Vitz li kienet qed tinsaq minn ġuvni ta’ 19-il sena minn Santa Venera.
Il-pulizija għadhom għaddejjin bl-investigazzjoni

05.34pm (14.03.2022) – Mara tweġġa’ f’inċident tat-traffiku fil-Ħamrun

Kien għall-ħabta tal-5.00pm tal-lejla meta fi Triq il-Kbira San Ġużepp il-Ħamrun seħħ inċident tat-traffiku.

Konsegwenza ta’ dan mara li kienet f’waħda mill-karozzi kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei wara li ngħata l-għajnuna fuq il-post minn tim ta’ infermieri.

Fuq il-post fi ftit ħin waslu diversi Pulizija biex anke jikkontrollaw it-traffiku.

Il-pulizija għada għaddejja bl-investigazzjoni.

Aktar dettalji kif jaslulna.

Ekonomija

Sport