Wednesday, April 24, 2024

AĠĠORNAT: Jittella’ katavru fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni mill-baħar f’Sant’Iermu

Aqra wkoll

Dan is-sit jinsab infurmat li iktar kmieni llum, għall-ħabta tas-6:15 a.m., uffiċjali tal-Forzi Armati flimkien ma’ grupp ta’ Pulizija kienu għaddejjin b’ħidma konġunta sabiex jittella’ katavru li ntlemaħ fil-baħar fl-inħawi ta’ Sant’Iermu l-Belt.

L-istess katavru jinsab fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni. Għalhekk, l-identifikazzjoni tiegħu u l-kawża tal-mewt se jiġu stabbiliti wara li ssir awtopsja fuq il-katavru.

Il-katavru ttieħed il-kamra mortwarja għall-ħabta tas-7:00 a.m.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Charmaine Galea ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport