Thursday, April 18, 2024

AĠĠORNAT: Raġel joħroġ fil-gallerija sakemm ġie evakwat mill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili minħabba nirien

Aqra wkoll

Mill-ewwel investigazzjoni jirriżulta li għal xi raġuni appartament fil-Mosta nħakem min-nirien, u r-raġel li jgħix fih ħareġ fil-gallerija sakemm ġie evakwat mill-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili.

Kelliem għall-Pulizija qal li r-raġel ma sofra l-ebda ġrieħi u r-raġel ma sofra l-ebda ġrieħi.

04.05: Jintlemħu nirien f’appartament fil-Mosta

Dan is-sit jinsab infurmat li għall-ħabta tal-3:45 p.m. il-Pulizija ġew infurmati b’nirien f’appartament fi Triq Patri Ġużè Delia, il-Mosta.

Uffiċjali tal-Pulizija flimkien ma’ numru ta’ pumpiera jinsabu fuq il-post indikat sabiex jikkontrollaw is-sitwazzjoni. S’issa għadu mhux magħruf xi kkawża dan in-nirien jew jekk hemm persuni li sofrew xi ġrieħi f’dan l-inċident.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej…

Ekonomija

Sport