Tuesday, April 23, 2024

Awstraljan jikser ir-rekord għall-itwal sessjoni ta’ surfing

Aqra wkoll

Awstraljan kiser ir-rekord dinji għall-itwal sessjoni ta’ surfing, fejn irnexxielu jagħmel b’kollox ‘il fuq minn 40 siegħa.

Wara li temm b’suċċess din l-isfida, Blake Johnston kellu jinġarr fuq l-ispallejn minn sħabu sa fuq il-bajja ta’ Cronulla fin-Nofsinhar ta’ Sydney.

Johnston beda jagħmel is-surfing kmieni l-Ħamis filgħodu bil-għan li jiżdied l-għarfien dwar is-saħħa mentali, u l-isforzi tiegħu wasslu biex tinġabar is-somma ta’ A$335,000 (£185,000) li marru għall-karità.

L-isfida ġiet fi tmiemha llum fejn mal-wasla tiegħu fuq il-bajja, kien hemm ukoll tim mediku lest biex jagħtih kull assistenza.

Ir-rekord preċedenti ta’ 30 siegħa u 11-il minuta kien miksub minn Josh Enslin mill-Afrika t’Isfel.

Sport