Raġel weġġa’ gravi wara li dalgħodu, għall-ħabta tas-6:10 a.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Bypass tal-Imrieħel, f’Birkirkara.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza tal-għamla Kia Avella misjuqa minn żagħżugħ ta’ 19 -il sena residenti Birkirkara u mutur tat-tip Aprilia misjuq minn raġel ta’ 33 sena residenti San Pawl il-Baħar
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar attenzjoni medika permezz t’ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.
08:00a.m- Sewwieq ta’ mutur l-Isptar wara ħabta fl-Imrieħel
Sewwieq ta’ mutur kellu jittieħed l-Isptar wara li aktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-6:10 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Bypass tal-Imrieħel direzzjoni lejn il-Marsa
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza tal-għamla Kia Avella misjuqa minn żagħżugħ ta’ 19 -il sena residenti Birkirkara u mutur misjuq minn raġel residenti San Pawl il-Baħar
Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li assistew lis-sewwieq tal-mutur. S’issa l-kundizzjoni tiegħu għadha pendenti.
6.30a.m- Ħabta bejn karozza u mutur fl-Imrieħel
Persuna kellha tittieħed l-isptar wara li aktar kmieni dalgħodu kienet involuta f’ħabta bejn mutur u karozza fl-Imrieħel.
L-inċident seħħ fil-Bypass tal-Imieħel
Aktar informazzjoni malli taslilna …..