Friday, December 27, 2024

AĠĠORNAT: Sewwieq u passiġġier iweġġgħu gravi f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa

Aqra wkoll

Żewġt irġiel kellhom jiddaħħlu l-Isptar wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tas-6:45 a.m., kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħew fi Triq il-Mellieħa, il-Mellieħa. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li karozza Toyota Corsa misjuqa minn raġel ta’ 26 sena mir-Rabat Għawdex, kellu impatt ma’ arblu. Passiġġieri fil-vettura kien hemm raġel ta’ 25 sena minn Għajnsielem u raġel ta’ 30 sena miż-Żebbuġ.

Ix-xufier u l-passiġġier ta’ 25 sena ngħataw l-għajnuna minn tim mediku sakemm setgħu jittieħdu lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fuq il-post. Aktar tard ix-xufier u l-passiġġier kienu ċċertifikati bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport