Tfajla kellha tiddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ għall-ħabta tas-6:00 p.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq Aldo Moro fil-Marsa.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li tfajla ta’ 17-il sena residenti Ħaż-Żabbar sofriet xi ġrieħi wara li ttajret minn karozza.
Hija ngħatat l-ewwel assistenza minn tim mediku li ssejjaħ fuq il-post sakemm setgħet tittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li sofriet minn ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.